Service Type: Services2

Influss 2026 – Inizjattiva tal-‘Buddy System’

Il-‘Buddy System’ ġiet introdotta reċentement fil-programm ta’ Influss – Residenza Artistika, bħala struttura ta’ appoġġ mfassla biex issaħħaħ it-tliet pilastri tar-residenza: l-indaġni, l-immersjoni u l-esperimentazzjoni. Din is-sistema timmira li tħeġġeġ relazzjonijiet orizzontali bejn il-prattikanti lokali u internazzjonali, filwaqt li trawwem l-involviment mal-kuntest kulturali Malti, billi tgħaqqad kull artist ma’ kollega bbażat lokalment.

Filwaqt li dan huwa rwol imħallas, L-inizjattiva tal-’Buddy System’ mhix maħsuba biex tissostitwixxi rwoli professjonali ta’ produzzjoni, kuratorjali, jew amministrattivi; u lanqas sostitut għal ‘mentoring’ formali jew servizzi tekniċi ta’ produzzjoni. Min-naħa l-oħra, l-iskop huwa li jiħi provdut navigazzjoni u appoġġ kuntestwali, skambju bejn prattikanti u żvilupp ta’ komunità u l-benesseri tagħha.

Dan il-programm huwa ffinanzjat mid-Direttorat tal-Kultura, b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti u l-Valletta Design Cluster permezz tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Data ta’ Skadenza: 16 ta’ Ġunju 2026

  • Tista’ tniżżel il-linji gwida hawnhekk.
  • Ikklikkja hawn biex tapplika.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ikkuntattjana fuq [email protected] jew ċempel +356 2090 8997.

Influss – Residenza Artistika: Sejħa 2026

Influss hija residenza artistika multidixxiplinarja li timxi lil hinn minn mudelli tradizzjonali bbażati fuq il-produzzjoni, sabiex tippromwovi l-valur intrinsiku tal-proċess kreattiv. Nistiednu lill-applikanti biex isegwu indaġni kreattiva profonda filwaqt li jsejsu x-xogħol tagħhom fil-pajsaġġ kulturali u fiżiku ta’ Malta. Ir-residenza hija mibnija fuq tliet pilastri ewlenin:

  • Indaġni Kritika: Pjattaforma ddedikata għal xogħol ibbażat fuq il-prattika kif ukoll għal riċerka teoretika.
  • Immersjoni fil-Kuntest: Involviment attiv mal-wirt, il-komunitajiet, u l-ekoloġija kreattiva ta’ Malta.
  • Esperimentazzjoni: Spazju biex tesplora metodoloġiji ġodda, tieħu riskji, u tevolvi l-prattika tiegħek.

Dan il-programm huwa ffinanzjat mid-Direttorat tal-Kultura, b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti u l-Valletta Design Cluster permezz tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Data ta’ Skadenza: 21 ta’ April 2026

  • Tista’ tniżżel il-linji gwida hawnhekk.
  • Ikklikkja hawn biex tapplika.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ikkuntattjana fuq [email protected] jew ċempel +356 2090 8997.