Il-‘Buddy System’ ġiet introdotta reċentement fil-programm ta’ Influss – Residenza Artistika, bħala struttura ta’ appoġġ mfassla biex issaħħaħ it-tliet pilastri tar-residenza: l-indaġni, l-immersjoni u l-esperimentazzjoni. Din is-sistema timmira li tħeġġeġ relazzjonijiet orizzontali bejn il-prattikanti lokali u internazzjonali, filwaqt li trawwem l-involviment mal-kuntest kulturali Malti, billi tgħaqqad kull artist ma’ kollega bbażat lokalment.
Filwaqt li dan huwa rwol imħallas, L-inizjattiva tal-’Buddy System’ mhix maħsuba biex tissostitwixxi rwoli professjonali ta’ produzzjoni, kuratorjali, jew amministrattivi; u lanqas sostitut għal ‘mentoring’ formali jew servizzi tekniċi ta’ produzzjoni. Min-naħa l-oħra, l-iskop huwa li jiħi provdut navigazzjoni u appoġġ kuntestwali, skambju bejn prattikanti u żvilupp ta’ komunità u l-benesseri tagħha.
Dan il-programm huwa ffinanzjat mid-Direttorat tal-Kultura, b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti u l-Valletta Design Cluster permezz tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Data ta’ Skadenza: 16 ta’ Ġunju 2026
Għandek bżonn l-għajnuna? Ikkuntattjana fuq [email protected] jew ċempel +356 2090 8997.