Direttur

Alexander Farrugia
BA, MA

Direttur – Direttorat għall-Kultura

Alexander Farrugia huwa d-Direttur għall-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali. Huwa daħal fis-Servizz Pubbliku fl-2015 u okkupa diversi karigi għolja, fosthom dik ta’ Konsulent tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u Direttur għar-Riċerka, it-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà.

Bħala storiku, awtur u eks ġurnalist, huwa ħadem fil-ġurnaliżmu għal 15-il sena, li sebgħa minnhom għaddiehom bħala editur ta’ gazzetta. Fl-2020 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, filwaqt li r-rumanz tiegħu Ir-Re Borg intgħażel bħala n-nomina ta’ Malta għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura tal-2024.

F’Awwissu 2026, huwa ngħata l-Premio Internazionale Marzani fl-Italja għar-rumanz storiku tiegħu La colpa del camerata. Huwa wkoll membru tal-Bord għall-Wirt Kulturali Intanġibbli ta’ Malta.