Il-Missjoni Tagħna

Id-Direttorat għall-Kultura huwa responsabbli għall-iżvilupp, ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika kulturali nazzjonali ta’ Malta.
Id-Direttorat jippromwovi r-riċerka u inizjattivi edukattivi li jsaħħu l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kultura u jħeġġu l-parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali. Jaħdem biex titwettaq il-ġustizzja kulturali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, filwaqt li jħares, jippromwovi u jwessa’ l-għarfien dwar il-wirt kulturali intanġibbli ta’ Malta.
Permezz ta’ kollaborazzjonijiet sinifikanti fuq livell nazzjonali u internazzjonali, id-Direttorat ifittex li jsaħħaħ il-viżibbiltà, l-apprezzament u l-arrikkiment tal-kultura Maltija lil hinn minn xtutna.