Service Type: Servizzi2

Sejħa: Residenza Artistika 2025

Id-Direttorat tal-Kultura qed jistieden lill-artisti internazzjonali sabiex japplikaw għas-sejħa ta’ Residenzi Artistiċi 2025, fejn qed tingħata l-opportunità li jiżviluppaw l-arti tagħhom f’Malta tul perjodu ta’ xahar, fil-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju u 30 ta’ Settembru, 2025. Ir-residenza tipprovdi pjattaforma għal esplorazzjoni, konnessjoni u riflessjoni f’diversi dixxiplini artistiċi. Din is-sejħa hija miftuħa għal artisti emerġenti u stabbiliti, b’esperjenza minima ta’ minimu ta’ sentejn fil-qasam artistiku tagħhom. Il-baġit allokat huwa għal total ta’ massimu ta’ €10,000 għal kull artist, għal total ta’ żewġ artisti. L-għan ta’ din is-sejħa hu li Malta ssir ċentru ta’ innovazzjoni artistika permezz ta’ varjetà ta’ kollaborazzjonijiet artistiċi differenti, li jikkontribwixxu direttament lejn ftehim iktar wiesa’ tal-kultura, waqt li jippromwovi l-viżibilità u l-irwol tad-djalogu u d-demokrazija. Din is-sejħa hija miftuħa għal artisti minn reġjuni differenti.

Agħfas din il-ħolqa għall-linji gwida u din il-ħolqa biex tapplika.